Children’s Allowance kull 3 xhur għall-familji kollha

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca illum ħabbret li dawk il-familji li jirċievu ċ-Children’s Allowance darba fis-sena, kull Jannar, se jibdew jirċievu dan il-benefiċċju kull tliet xhur, bħal kumplament tal-familji l-oħra.

Dan ifisser li madwar 23,000 familja flimkien mas-17,500 familja oħra li bbenefikaw mill-bidla mħabbra tliet ġimgħat ilu, se jkunu qed jirċievu c-Children’s Allowance f’nofs Diċembru, minflok fl-ewwel Sibt ta’ Jannar.

Għaldaqsant, kull familja li għandha tfal taħt is-16-il sena se tibda tirċievi c-Children’s Allowance kull tliet xhur, jiġifieri f’Diċembru, Marzu, Ġunju u Settembru.

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li b’din il-bidla żgħira se tkun qed tingħata għajnuna lil madwar 35,000 tifel u tifla oħra, ekwivalenti għal madwar 23,000 familja.

B’hekk, b’kollox, permezz ta’ dawn iż-żewg bidliet se jkunu qed jibbenefikaw aktar minn 60,000 tifel u tifla jew madwar 40,000 familja.