Children Cinema Day 2018: X’films se tara?

L-ewwel edizzjoni taċ-Children Cinema Day għal din is-sena se ssir nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu fl-Eden Cinemas ta’ San Ġiljan, l-Embassy Cinemas tal-Belt Valletta, Empire Cinemas f’Buġibba, Gallaria Cinemas tal-Fgura u f’Għawdex, fis-Citadel Cinemas u l-Oratorju ta’ Don Bosco. 
B’kollox se jintwerew 15-il film fiċ-ċinema lokali, fosthom Black Panther; Tad The Lost Explorer And The Secret Of King Midas; COCO; Early Man; Ferdinand; Jumanji: Welcome To The Jungle; Star Wars: The Last Jedi; The Maze Runner: Death Cure; The Star; Daddy's Home 2; Justice League; Paddington 2; Thor:  Ragnarok; My Little Pony u The Lego Ninjago Movie. 
Waqt Children Cinema Day 2018, il-prezz tal-films se jkun orħos mis-soltu għax-xows ta’ bejn id-9am u s-7pm f’Malta, filwaqt li f’Għawdex bejn is-2pm u s-6pm.

Ma’ kull biljett tat-tfal se jingħata poster żgħir tal-film COCO, stokk limitat.