It-tfal mhumiex żibel – Isqof Amerikan

child-crying

Read in English.

L-Arċisqof Gustavo Garcia-Siller ta’ San Antonio, f’Texas esprima r-rabja tiegħu għall-amministazzjoni ta’ Trump, li qed tifred lill-immigranti tfal mill-ġenituri tagħhom.

Fi tweet, l-Arċisqof qal li “it-tfal, it-tfal ta’ vera, bħal dawk fl-iskejjel tagħna qed jiġu ttrattati bħal ‘oġġetti’, bħaż-‘żibel’. Qed jiġu mġiegħla jbatu, biex jissodisfaw moħħ sadista… Dan abbuż tat-tfal. Ieqfu!”

Aktar kmieni, l-istess Arċisqof stqarr li t-tfal huma tar-refuġjati u mhux tal-gvern jew ta’ xi istituzzjoni oħra. Insista li meta wieħed jisraq it-tfal mill-ġenituri tiegħu jkun qed jagħmel dnub mejjet.