Childcare centre miftuħ għat-tfal tal-ħaddiema tal-forzi dixxiplinat

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbar li ċertu child care centres għal ġenituri li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa se jkun estiż ukoll għall-membri tal-forzi dixxiplinati. 

Meta kien qed jitkellem f’għeluq id-dibattitu dwar emendi fl-ordinanza dwar l-isplussivi, Camilleri qal li l-Gvern kien qed jilqa’ għal talba li saret mill-unjins biex anki fejn ikun hemm familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu fil-forzi dixxiplinati jew l-CPD li qed jiffaċċjaw realtà, filwaqt huma meħtieġa li jkomplu b’xogħlhom f’dan il-mument. 

Huwa qal li ltaqa’ mal-Ministru għall-Edukazzjoni biex dawk ic-child care centres li huma miftuħa għal ħaddiema tas-saħħa jkunu estiżi għalihom ukoll. Huwa qal li filwaqt li din mhix ideali, minħabba li l-iskejjel ingħalqu biex it-tfal jibqgħu ġewwa, il-Gvern irid jipproteġi lil dawn il-persuni li qegħdin fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-coronavirus. 

Camilleri qal li hemm ħaddiema oħra li jaħdmu f’oqsma essenzjali bħas-supermarkets li jridu jibqgħu jaħdmu f’din is-sitwazzjoni partikulari.

Il-Ministru qal li lbieraħ filgħaxija kien hemm arja ta’ ottimiżu fejn in-nies ħarġu fil-gallariji tagħhom u mhux qed iħallu virus qerriedi jwaqqgħalhom il-moral. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn