Childcare b’xejn iżda l-inqas li nużawh

Kważi ħames snin wara l-introduzzjoni tas-servizz tac-Childcare b’xejn, Malta għandha l-inqas rata  fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jagħmlu użu mis-servizz tac-child care.

Minkejja li f’Malta, c-childcare jingħata b’xejn lill-ġenituri ta’ tfal taħt it-tliet snin, 11.5 % biss tal-ġenituri bit-tfal jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Skont iċ-ċifri tal-Eurostat, kważi 60 fil-mija tal-ġenituri fid-Danimarka u l-Unġerija jibgħatu lit-tfal tagħhom f’Childcare centre.

Skont dan l-istħarriġ, 27 fil-mija tal-persuni li jaħdmu, l-aktar ommijiet li għandhom il-kura tat-tfal, idawwru x-xogħol tagħhom biex ikunu jistgħu jużaw il-faċilitajiet taċ-child care, bħal per eżempju jaħdmu reduced hours, ibiddlu l-impjieġ jew jieħdu xogħol inqas impenjattiv.

Waqt li aktar minn tliet kwarti tal-ġenituri Ewropej li ma jużawx is-servizzi taċ-child care qalu li għandhom arranġamenti oħra għat-tfal tagħhom.