Childcare: 848 tifel u tifla jħallsu minħabba nuqqas ta’ attendenza

Il-ġenituri ta’ 848 tifel u tifla li jattendu child care centres taħt l-iskema ta’ child care centre b’xejn spiċċaw ikollhom iħallsu wara li wliedhom fallew iktar mil-limitu stabbilit.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Bartolo fisser li l-Gvern għandu ftehim li jħallas iċ-child care centres l-ammont kollu dovut jekk tifel/tifla jattendu mill-inqas 90% tas-sigħat li jkunu miktubin għalihom. Jekk it-tifel jew tifla jattendu inqas minn 90% tas-siegħat, għal kwalunkwe raġuni, id-differenza titnaqqas mis-sigħat ta’ absence allowance li ma jkunux ittieħdu. Sigħat ta’ absence allowance huma kkalkulati fuq bażi ta’ sena sħiħa u huma ekwivalenti għal 15% tas-sigħat ibbukkjati għas-sena.