Chievo jingħataw multa u jitnaqqsulhom tliet punti

It-tim tas-Serie A Chievo Verona qalgħu multa ta’ £178,000 u tnaqssulhom tliet punti wara li nstabu ħatja ta’ qerq fl-awditjar. Il-president tal-klabb Luca Campedelli rċieva wkoll sospensjoni ta’ tliet xhur mill-federazzjoni tal-futbol Taljana.

Chievo, li huma mlaqqmin “Il-Ħmir li jtiru”, partu plejers ma’ Cesena sabiex joħolqu £22.25m ta’ profitt fittizju li tahom iċ-ċans li jiġu konformi mar-regoli tar-reġistrazzjoni tas-Serie A. Chievo, li spiċċaw fit-13-il post matul l-istaġun li għadda, kisbu punt wieħed biss mill-ewwel tliet logħbiet tagħhom fis-Serie A.