Busuttil iwieġeb lil Bartolo dwar Cachia Caruana

Aġġornat 08:43 PM

Read in English.

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalist Simon Busuttil wieġeb fuq Facebook għall-kumment li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fejn qallu li huwa għal kollox inaċċettabbli “li issa tipprova tqabbel lil Richard Cachia Caruana ma’ kriminal bħal Keith Schembri.”   

X’qal Bartolo

Bartolo qal li tnejn mill-aħħar tliet Prim Ministri Maltin kellhom Chief of Staff li kienu b’saħħtithom wisq. Fuq Facebook, Bartolo qal li f’Kastilja hemm bżonn Prim Ministru wieħed biss, dak elett demokratikament biex imexxi l-pajjiż. Huwa qal li mhux tajjeb la għad-demokrazija u lanqas għall-istess Prim Ministru li jkun hemm Chief of Staff b’saħħtu wisq.

“Wieħed mill-aktar persuni li servew lil pajjiżna” – Busuttil

Simon Busuttil filwaqt li Richard Cachia Caruana “jitniżżel fl-istorja bħala wieħed mill-aktar uffiċjali pubbliċi li servew lil pajjiżna, Keith Schembri jibqa’ mniżżel bħala kriminal li sserva b’pajjiżna.”

Busuttil fakkar li Cachia Caruana flimkien ma’ Eddie Fenech Adami, “bena pajjiżna minn pajjiż tat-tielet dinja kif konna fl-1987” waqt li mal-eks Ministur tal-Affarijiet Barranin Joe Borg innegozja l-aqwa pakkett ta’ sħubija biex pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

Busuttil kompla jikteb li Cachia Caruana flimkien ma’ Lawrence Gonzi, innegozja l-aħħar pakkett finanzjarju mill-Unjoni Ewropea u b’kollox ġab lil Malta żewġ biljuni u nofs mill-Unjoni Ewropea.

Huwa kiteb li l-akbar differenza bejn Richard Cachia Caruana u Keith Schembri hija li “filwaqt  li Keith Schembri kellu id moħbija fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Richard kien hu stess vittma ta’ attentat ta’ assassinju. Nhar l-Erbgħa li ġej nagħlqu ħamsa u għoxrin sena minn dak l-attentat faħxi li seta’ ħallih mejjet.”

X’kiteb Arnold Cassola

Il-Prof Arnold Cassola ukoll irreaġixxa għal post fuq Facebook tal-Ministru Bartolo. Cassola qal li Bartolo missu kiteb li “Schembri huwa kompliċi f’assassinju waqt li Richard Cachia Caruana huwa vittma ta’ attentat ta’ assasinju.”

It-terminoloġija Chief of Staff ġiet introdotta mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara r-rebħa elettorali tal-2013 meta Keith Schembri ngħata l-kariga ta’ Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fil-passat, Prim Ministri Nazzjonalisti dejjem ħatru assistent personali. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li serva bejn l-2004 u l-2013 kien appunta lil Edgar Galea Curmi bħala assistent personali.

Eddie Fenech Adami li kien Prim Ministru bejn l-1987 u 1996 kif ukoll bejn l-1998 u l-2003, l-ewwel kien ħatar lil Joe Camilleri u mbagħad lil Richard Cachia Caruana bħala assistent personali.

Bejn l-1996 u 1998, b’Alfred Sant Prim Ministru, l-assistent personali tiegħu kien Joe Borg.

Chief of Staff b’saħħtu li tħalla jifrex xibka ta’ poter – Bartolo

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li tnejn mill-aħħar tliet Prim Ministri Maltin kellhom Chief of Staff li kien b’saħħtu wisq, tant li spiċċaw Chief of Government, fejn tħallew jifirxu xibka ta’ poter b’saħħitha.

Fuq Facebook, Bartolo qal li f’Kastilja hemm bżonn Prim Ministru wieħed biss, dak elett demokratikament biex imexxi l-pajjiż.

Huwa qal li mhux tajjeb la għad-demokrazija u lanqas għall-istess Prim Ministru li jkun hemm Chief of Staff b’saħħtu wisq.

Bartolo naqas milli jsemmi l-persuni b’isimhom.

It-terminoloġija Chief of Staff ġiet introdotta mill-Prim Ministru Joseph Muscat wara r-rebħa elettorali tal-2013 meta Keith Schembri ngħata l-kariga ta’ Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fil-passat, Prim Ministri Nazzjonalisti dejjem ħatru assistent personali. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li serva bejn l-2004 u l-2013 kien appunta lil Edgar Galea Curmi bħala assistent personali.

Eddie Fenech Adami li kien Prim Ministru bejn l-1987 u 1996 kif ukoll bejn l-1998 u l-2003, l-ewwel kien ħatar lil Joe Camilleri u mbagħad lil Richard Cachia Caruana bħala assistent personali.

Bejn l-1996 u 1998, b’Alfred Sant Prim Ministru, l-assistent personali tiegħu kien Joe Borg.

Il-jum it-tajjeb.Ghandu l-Prim Ministru f'Kastilja jkollu Chief of Staff li jispicca jsir Chief of Government?…

Posted by Evarist Bartolo on Saturday, December 14, 2019