​Chicarito se jitlaq lil West Ham

Il-gazzetta Ingliża The Daily Star għadha kemm ħabbret b’mod esklussiv illi Javier Hernandez se jħalli lil West Ham fl-aħħar ta’ dan l-istaġun jew aħjar wara li tispiċċa l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.
Din l-istess gazzetta sostniet illi l-attakkant Messikan jixtieq ħafna illi jbiddel id-destinazzjoni tiegħu anke minħabba l-fatt illi ma tantx qed jara għajn m’għajn mal-kowċ tal-Hammers David Moyes.
Ironikament kien il-predeċessur ta’ Moyes, Slaven Bilic illi xtaq lil Hernandez iżda wara l-bidla fit-tmexxija, l-affarijiet ma baqgħux l-istess tant illi Chicharito, kif inhu magħruf, skorja biss 7 gowls f’29 partita.