Chiara live f’kunċert tal-Milied f’Ħal Qormi

Bit-titlu 'U Paċi fl-Art', is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, qed ittella’ l-kunċert mużikali fil-Knisja ż-Żgħira ta' San Sebastjan f’Ħal Qormi.
Din il-knisja tkun imlibssa bl-isbaħ armar għal dawn iż-żminijiet tal-Milied.
Il-kantanta popolari Chiara li ser takkumpanja lill-banda filwaqt li ma tonqosx ukoll il-priedka tradizzjonali tat-Milied li twassal ir-rakkont tat-twelid tal-Messija.
Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt li ġej.
Fin stqarrija, il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Pinto awguraw lil kulħadd Milied ħieni u sena mimlija risq u hena.