Jiksbu unur għal Malta fil-Greċja

Chezonelle Azzopardi, Shaznoley Mifsud, Jancer Galea, Lujean Merie u Dana Bella kisbu suċċess għall-Malta f’kompetizzjoni taż-żfin f’Thessaloniki fil-Greċja. Huma waslu lura Malta llum.

Chezonelle ta’ 6 snin rebħet l-unur għall-aħjar prestazzjoni fiż-żfin fil-kompetizzjoni Tiny Miss World li saret ġewwa Thessaloniki fil-Greċja. Hija waslet lura Malta propju llum.

Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti minn żewġ kompetizzjonijiet fejn il-kompetituri wrew it-talenti tagħhom kif ukoll immudellaw b’kostumi tradizzjonali Maltin.

Fost l-attivitajiet li l-Maltin ħadu sehem fihom tul il-jiem ta’ kompetizzjoni, kienu vidjow fejn tkellmu dwar it-tjubija f’persuna, intervisti, kif ukoll preparaw mejda b’ikel tradizzjonali Malti.