Chelsea u Barca wara Koulibaly

Barcelona qed isegwu b’interess il-progress tal-plejer ta’ Napoli Kalidou Koulibaly għalkemm jeżisti fattur illi qed ibeżża’ xi ftit lill-Katalani għax qed jaħsbu li l-plejer jiswa ħafna flus. 
Anke Chelsea jinsabu interessati f’dan il-plejer u skont Mundo Deportivo, Napoli qed jitolbu somma ta’ 60 miljun ewro għall-akkwist tiegħu. 
Xi skawts ta’ Barcelona marru jaraw lil Koulibaly fil-logħba tal-kampjonat kontra Roma u mpressjonahom ferm. 
L-uniku dubju illi qed iberren f’moħħ il-Katalani hija proprju ċ-ċifra ta’ dan il-plejer.