Chelsea se jġeddu l-kuntratt ta’ Christensen

Il-plejer Daniż Andreas Christensen mistenni jkollu taħditiet ma’ Chelsea sabiex iġedded il-kuntratt mat-tim skont dak li rrapportat il-gazzetta The Evening Standard.
Il-plejer ta’ 21 sena għandu ftehim illi jiskadi fis-sena 2020 iżda l-Blues huma lesti illi jippremjaw lill-midfielder tagħhom billi jiġġedded dan il-kuntratt wara bidu mpressjonanti f’dan l-istaġun.
Christensen għamel sentejn jilgħab b’self mal-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Monchengladbach u qed jistabbilixxi ruħu bħala membru kruċjali fit-tim immexxi minn Antonio Conte.