Chelsea maħsuda bil-qawwa ta’ Bayern

L-avventura ta’ Chelsea fiċ-Champions League intemmet wara li Bayern Munich rebħu bl-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel leg mill-aħħar 16. Il-logħba ntlagħbet ġewwa Stamford Bridge.

Il-leaders tal-Bundesliga imxew fl-istess passi tar-rivali tagħhom RB Leipzig li rebħu kontra Tottenham fl-istes stadju tal-kompetizzjoni iżda sitt ijiem qabel.

Apparti d-daqqa’ li qalgħu fuq rashom bit-telfa, tkeċċielhom ukoll id-difensur Marcos Alonso wara li kellu xi jgħid ma Lewandowski. Is-sinjali bdew jidhru mill-bidu tal-logħba. Bayern kienu jidhru ħafna aktar iffukati u aktar kreattivi bill-ballun minn Chelsea.

Riżultati oħra:

Napoli 1-1 Barcelona