Chelsea l-favoriti li jieħdu lil Alex Sandro

Skont is-sit sportiv Ingliż tmw.com, Chelsea huma kważi lesti illi jakkwistaw lill-winger xellugi ta’ Juventus, Alex Sandro.
Hu qed jidher ħerqan għal din iċ-ċaqliqa illi mistennija tasal wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja.
Skont ma ġie rrappurtat mill-istess sit, il-plejer Brażiljan jixtieq bidla u jinsab lest illi wara li jgħaddi dan l-istaġun jitlaq lil Juventus sabiex jingħaqad mal-Blues.
Alex Sandro għandu 26 sena u fil-passat kellu esperjenzi ma’ Santos fil-Brażil u Porto fil-Portugall.