Chelsea jtemmu l-istaġun bir-rebħ tal-FA Cup

Il-Belġjan Eden Hazard kien l-eroj ta’ Chelsea hekk kif għeleb lil David De Gea biex skorja l-uniku gowl fil-finali tal-FA Cup kontra Manchester United.
Jidher li din ser tkun l-aħħar logħba ta’ Antonio Conte ma’ Chelsea wara li l-
Blues kellhom staġun bi prestazzjonijiet inkonsistenti u naqsu milli jikkwalifikaw għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League.
Il-gowl wasal minn penalty fit-22 minuta wara foul ta’ Phil Jones fuq Hazard. Manchester United lagħbu ferm aħjar fit-tieni taqsima u marru viċin il-gowl permezz ta’ Jones, Marcus Rashford u Paul Pogba.
Ir-rebħa tfisser li Chelsea rnexxilhom jgħollu din it-tazza għat-tminn darba fl-istorja tagħhom filwaqt li Manchester United temmew it-tieni staġun taħt il-gwida ta’ Jose Mourinho mingħajr trofew.