Chelsea joffru £25 miljun għal Alex Oxlade-Chamberlain

Iċ-Champions Ingliżi Chelsea qegħdin joffru s-somma ta’ £25 miljun sabiex jippruvaw jixtru lill-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Arsenal Alex Oxlade-Chamberlain.
Skont il-ġurnal DailyMail, Arsenal ċaħħdu dan l-interess għalkemm jidher li sar xi kuntatt inizjali .
Antonio Conte, il-kowċ tal-klabb minn Londra, qed jara lil Chamberlain bħala ideali sabiex iħejji formazzjoni ta’ 3-4-3.
Chamberlain ilu sitt snin mal-Gunners fejn skorja seba’ gowls fil-129 logħba li lagħab magħhom. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.