Chelsea jkeċċu lil Conte biex iwittu t-triq għal Sarri

Chelsea fl-aħħar keċċew lil Antonio Conte wara xhur ta’ spekulazzjoni fil-midja dwar il-ħatra ta’ Maurizio Sarri bħala s-suċċessur tiegħu. Conte rritorna mat-tim ta’ Chelsea għat-taħriġ ta’ qabel il-bidu tal-istaġun iżda telaq lill-klabb ta’ Roman Abramovich wara ftehim fuq kumpenss ta’ £9m.

Sarri, li għandu 59 sena, huwa mistenni li jiġi ppreżentat bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Chelsea fil-jiem li ġejjin u l-leġġenda tal-klabb Gianfranco Zola ser ikollu rwol fl-istaff tekniku bħala assistent. Sarri qatta’ tliet staġuni ma’ Napoli iżda ma rnexxilux jirbaħ il-kampjonat tas-Serie A, fejn spiċċa fil-ħames, fit-tieni u fit-tielet post.

Miġjub lilek minn Hublot