Chelsea jitfgħu ħarsithom fuq Dean Henderson

Skont dak li qed jiġi rrappurtat Chelsea tefgħu ħarsithom fuq il-gowlkeeper ta’ 23 sena Dean Henderson u se jkunu qed joffru s-somma ta’ £50 miljun biex ikun jista’ jingħaqad magħhom.

Henderson huwa gowlkeeper mal-Manchester United li bħalissa qiegħed b’self ma’ Sheffield United.

Iżda l-wirjiet ta’ Henderson fl-aħħar partiti wasslu biex jinħoloq interess fil-plejer żagħżugħ tant li qed jingħad li Manchester United mhumiex lesti li jitilfuh minn taħt idejhom. Huwa ilu ffirmat magħhom sa mill-2015 imma s’issa qatt ma lagħab magħhom.