Skont Daily Mail, Barcelona għamlu offerta ta’ £50 miljun sabiex jakkwistaw lill-midfielder kreattiv Willian mingħand Chelsea. Madanakollu r-rebbieħa tal-FA Cup mhumiex interessati li jinfirdu minn mal-Brażiljan ta’ 29 sena li bħalissa qed jirrapreżenta lil pajjiżu fit-Tazza tad-Dinja.
Willian irnexxilu jiskurja 13-il gowl matul l-istaġun l-għadda minkejja li Antonio Conte mhux dejjem għażlu mal-ewwel ħdax. L-eks plejer ta’ Shakthar Donetsk huwa maħbub mill-partitarji u huwa marbut b’kuntratt sal-2020.
Chelsea qed ifittxu li jżidu plejers żgħażagħ fit-tim u qed iqisu jekk huwiex possibbli li jakkwistaw lill-midfielder ta’ CSKA Moscow Aleksandr Golovin jew lil Christian Pulisic ta’ Borussia Dortmund.
Miġjub lilek minn Hublot