Chelsea jilħqu ftehim ma’ Real Madrid għat-trasferiment ta’ Courtois

Thibaut Courtois huwa mistenni li jiġi ppreżentat bħala plejer ġdid ta’ Real Madrid nhar il-Ħamis wara li Chelsea aċċettaw offerta ta’ £35m mill-klabb Spanjol.

Il-goalkeeper Belġjan iffirma kuntratt ta’ 6 snin wara li għamilha ċara li jixtieq jitlaq lil Chelsea. Courtois naqas milli jattendi għat-taħriġ li jseħħ qabel il-bidu tal-kampjonat u Chelsea diġa ħadu passi dixxiplinarji kontra l-plejer ta’ 26 sena.

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers fid-dinja, Courtois ingħaqad ma’ Chelsea fl-2011 mingħand Genk għas-somma ta’ £8m qabel ma ġie misluf lil Atletico Madrid għal tliet staġuni.