Chelsea jiksbu draw wara li kienu 3 minn taħt

Chelsea issieltu kemm felħu biex ġabu d-draw meta kienu 4-1 minn taħt kontra Ajax. Waqt il-logħba, Ajax spiċċaw jilagħbu b’disa’ plejers.

Ajax li kienu semi-finalisti l-istaġun li għadda, kienu kalmi u dehru li qegħdin fit-triq li jirbħu l-logħba meta Donny van de Beek tagħhom vantaġġ ta’ tliet gowls, 10 minuti mill-bidu tat-tieni taqsima. Meta deher li Deek agħlaq il-logħba għal Chelsea, Cesar Azpilicueta rnexxielu jnaqqas id-distakk b’gowl.

Aktar tard Ajax tilfu lil Daley Blind u Joel Veltman f’minuta wara li t-tnejn qalgħu t-tieni karta safra. Wara li tkeċċew, Chelsea ngħataw penalty fejn Jorginhom ma naqasx milli jiskurja.

Reece James poġġa lil Chelsea f’parità. Iż-żewġ naħat kelljom l-opportunitajiet tagħhom biex jiskurjaw il-gowl tar-rebħa, iżda l-logħba spiċċat f’parità ta’ 4-4.

Riżultati oħra:

Grupp E

Liverpool 2-1 Genk

Napoli 1-1 Salzburg

Grupp F

Barcelona 0-0 Slavia Prague

Borussia Dortmund 3-2 Inter

Grupp G

Zenit St. Petersburg 0-2 RasenBallsport Leipzig

Lyon 3-1 Benfica

Grupp H

Valencia 4-1 Lille