Chelsea jibqgħu jittamaw f’Alex Sandro

Skont is-sit Taljan calciomercato.com, Chelsea għadhom ma qatgħux qalbhom li jakkwistaw lil Alex Sandro mingħand Juventus.
Il-club minn Stamford Bridge diġà kellu żewġ offerti rrifjutati mill-Bianconeri u issa d-diriġenti Ingliżi ser joffru somma ta’ 70 miljun ewro sabiex jixtru lill-player ta’ 26 sena mill-Brażil.
Min-naħa ta’ Juventus, huma jinsabu ottimisti illi Alex Sandro jibqa’ magħhom hekk kif qed jippreparaw kuntratt aħjar għalih sabiex jibqa’ għal aktar żmien f’Turin.