Chelsea jgħelbu lil PAOK fl-Europa League

It-tim immexxi minn Maurizio Sarri rnexxielu jirbaħ kontra PAOK Salonika wara nuqqas ta’ ħames snin mill-Europa League. Il-midfielder Brażiljan Willian fetaħ l-iskor wara 7 minuti b’xutt fil-baxx. Chelsea kellhom iċ-ċans li jiskurjaw iktar minn gowl wieħed hekk kif Alvaro Morata falla bosta okkażżjonijiet mill-viċin.

Minkejja l-gowl li qalgħu PAOK fil-bidu tal-logħba, il-partitarji tagħhom komplew joħolqu atmosfera unika ġewwa l-istadium ta’ Toumba. Il-president tal-klabb, Ivan Savvidis, ġie sospiż għal tliet snin mill-futbol wara li niżel fil-grawnd b’arma tan-nar waqt logħba tal-kampjonat kontra AEK Athens.