Chelsea jgħaddu għall-5 rawnd tal-FA Cup

Michy Batshuayi u Fikayo Tomori skurjaw gowl kull wieħed biex Chelsea rnexxielhom jagħmluha għall-ħames rawnd tal-FA Cup. Huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1 kontra Hull City.

Chelsea marru fuq quddiem kmieni fil-logħba meta x-xutt ta’ Batshuay ġie ddevjat minn Ryan Tafazolli ta’ Hull u baqa’ dieħel fil-lasta.

Chelsea ddominaw il-bqija tal-ewwel taqsima, fejn Long il-gowler ta’ Hull kellu jagħmel numru ta’ saves. Fit-tieni taqsima Hull bdew bit-tajjeb u ħolqu okkażjonijiet fejn kienu xi ftit jew wisq perikolużi.

Iżda dak kollu li bnew Hull intilef meta Chelsea skurjaw it-tieni wieħed minn free-kick. Chelsea marru viċin li jżidu l-iskor darbtejn oħra permezz ta’ Pedro, iżda l-isforzi spiċċaw  fix-xejn.

Minflok kienu Hull li skurjaw gowl ta’ konsolazzjoni grazzi għall-free-kick ta’ Kamil Grosicki.

Riżultati oħra:

Brentford 0-1 Leicester City

Burnley 1-2 Norwich City

Coventry City 0-0 Birmingham City

Millwall 0-2 Sheffield United

Newcastle United 0-0 Oxford United

Portsmouth 4-2 Barnsley

Reading 1-1 Cardiff City

Southampton 1-1 Tottenham Hotspur

 West Ham United 0-1 West Bromwich Albion