Chelsea jegħlbu lil Liverpool fl-FA Cup

Chelsea avvanzaw għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup wara li Liverpool tilfu kontrihom. Għal Liverpool din kienet it-tieni telfa konsekuttiva.

Liverpool bdew il-logħba b’seba’ tibdiliet mil-logħba li b’sorpriża tilfu kontra Watford. Din kienet l-ewwel telfa għalihom fil-league wara li rnexxielhom jiksbu l-punti fit-18-il logħba ta’ qabel.

Chelsea madankollu xorta kellhom kontra min jissieltu. Liverpool kienu qed jilagħbu bi plejers bħal Virgil van Dijk, Sadio Mane, Andy Robertson u Joe Gomez li tħabtu kemm felħu. Sfortunatament il-gowler ta’ Liverpool Adrian għamilha faċli għal William ta’ Chelsea biex jiftaħ l-iskor fit-13-il minuta. Il-logħba ngħalqet fl-64 minuta meta l-eks midfielder ta’ Everton Ross Barkley skurja t-tieni gowl għal Chelsea.

Riżultati oħra:

Reading 1-1 Sheffield United

West Bromwich Albion 2-3 Newcastle United