Chelsea jakkwistaw lil Green bħala t-tielet goalkeeper

Robert Green iffirma ma’ Chelsea għal sena wara li lbieraħ filgħodu wettaq it-testijiet mediċi. Il-goalkeeper veteran ta’ 38 sena, li lagħab 658 logħba f’karriera li qatta bejn il-Premier League u ċ-Championship Ingliża, tħalla jitlaq minn Huddersfield wara l-istaġun l-għadda.

Chelsea jidhru wkoll interessati f’Jack Butland ta’ Stoke city hekk kif Thibaut Courtois għadu fil-mira ta’ Real Madrid. Il-goalkeeper Belġjan, li għen lil pajjiżu jikseb it-tielet post fit-Tazza tad-Dinja li ttellgħet fir-Russja, għad fadallu sena fuq il-kuntratt attwali tiegħu u Chelsea qed jirriskjaw li ma jkollhomx dħul finanzjarju jekk ma jaċċettawx l-offerta ta’ Real Madrid.