Chelsea interessati f’Sarri

Chelsea qed jibdew ifittxu l-werriet tal-kowċ tagħhom Antonio Conte illi qal li dan jista’ jkun l-aħħar staġun mal-Blues. Skont l-istazzjon Taljan 7Gold, il-manager ta’ Napoli Maurizio Sarri jista’ jkun il-kandidat ideali li jidħol għal din il-kariga flok Conte. 
L-ekskowċ ta’ Juventus, Siena u tat-tim nazzjonali Taljan kellu l-ewwel staġun suċċess hekk kif rebaħ il-kampjonat Ingliż. Madankollu t-tieni staġun tiegħu mhux qed ikun daqshekk pożittiv hekk kif l-affarijiet mhux dejjem qed imorru sew. 
Ħafna xnigħat qed jgħidu illi Conte jista’ jmexxi lil AC Milan matul l-istaġun illi ġej. 
Min-naħa tal-Blues jidher illi d-diriġenti se joffru salarju ta’ 12-il miljun ewro fit-tentattiv illi jiksbu s-servizzi ta’ Maurizio Sarri illi qed jirnexxi ħafna bħala manager ta’ Napoli.