Chelsea ħerqana li jakkwistaw lil Van Dijk

Chelsea qed jippreparaw offerta ta’$50 miljun sabiex jiksbu lid-difensur ta’ Southamption Virgil Van Dijk. 
Filwaqt li anke Liverpool u Manchester City qegħdin jiġru wara l-firma ta’ dan il-player, il-Blues jinsabu kunfidenti li jistgħu jġibu lill-Olandiż ta’ 26 sena lejn Stamford Bridge.
Wara li Chelsea tilfu bl-iskor ta’ 3-2 kontra Burnley, fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat Ingliż, wieħed seta’ jinnota xi problemi difensivi li feġġew u kien għalhekk li Antonio Conte talab lid-diriġenti tiegħu biex imorru għal difensur. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.