Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja

Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja f’dawn l-aħħar żewġ swieq ta’ trasferimenti. Il-klabb ta’ Londra nefqu madwar €38 miljun fuq Mateo kovacic u daħħlu mal-€173.7 miljuni.

Is-CIES Football Ovservatory sab li fin-naħa l-oħra tal-iskala hemm Real Madrid. Li biss biss ħalsu lil Chelsea madwar €85 miljun għall-Belġjan, Eden Hazard, is-Sajf li għadda. Madrid marru minn taħt b’madwar €153 miljun fit-trasferimenti.

It-tim il-ġdid tal-Premier League, Aston Villa kklassifika fit-tieni post mill-aħħar wara Real. Huma nefqu madwar €146 milju u daħħlu biss €2.5 miljun.

Kollettivament il-klabbijiet tal-Premier League kienu l-aħar li marru minn taħt, minħabba li l-akbar ħames leagues fl-Ewropa nefqu €715-il miljun aktar milli daħħlu. Kien biss fil-League 1 li rnexxielhom jagħmlu profitt ta’ €90 miljun.