Chelsea b’6 rebħiet konsekuttivi fil-Premier League

Chelsea għelbu lil Crystal Palace għal rekord ta’ sitt rebħiet konsekuttivi fil-Premier League mindu rebħu l-istaġun lura fl-2016/17.

Ir-rebħa tal-Bluni tfisser li qegħdin biss ħames punti bogħod mil-leaders Liverpool. Chelsea qegħdin ukoll livell fil-punti ma’ Leicester. It-tim ta’ Frank Lampard telgħu fuq Manchester City fil-punti. City se jkunu qed jilagħbu kontra Liverpool aktar tard illum.

L-10 gowl ta’ Tammy Abraham fil-league u d-daqqa’ ta’ ras ta’ Christian Pulisic kienu biżżejjed biex rebħu l-logħba kontra Palace li bilkemm irnexxielhom jaqbżu nofs il-grawnd.

Riżultati oħra:

Burnley 3-0 West Ham United

Newcastle United 2-1  AFC Bournemouth

Southampton 1-2 Everton

Tottenham Hotspur 1-1 Sheffield United

Leicester City 2-0 Arsenal