Ched Evans jiddefendi l-mara li kien stupra

Il-plejer tal-futbol Ched Evans ikkundanna lil dawk li qed jużaw il-mezzi soċjali biex jattakkaw il-mara li kien instab ħati li stupra fl-2011.
Fi stqarrija, il-plejer ta’ Wales, talab skuża ‘għall-effetti’ tal-azzjonijiet tiegħu u tenna l-innoċenza tiegħu quddiem il-kundanna dwar stupru.
Evans ħareġ l-istqarrija wara li sar magħruf li t-tim Oldham Athletic ma kienx se jilqa’ lill-plejer.
Il-plejer ta’ 26 sena kien intbagħat il-ħabs f’April 2012 wara li nstab ħati li stupra tfajla ta’ 19-il sena f’lukanda f’Rhyl. Huwa nħeles f’Ottubru li għadda wara li għamel nofs is-sentenza ta’ ħames snin u s’issa falla kull tentattiv biex ikompli l-karriera fil-futbol.
Oldham irtiraw mill-pjan li jilqgħu il-plejer wara theddid lill-impjegati u l-qraba tagħhom li kieku għadda l-ftehim.
Sheffield United ukoll telqu l-pjan li kellhom li jilqgħu lill-plejer magħhom.
Evans kien kritikat li qatt ma talab maħfra lill-vittma tiegħu u qal li ingħata parir legali biex ma jiddiskutix il-każ.