Check-in fuq Facebook: l-ajruporti fuq nett tal-lista

Ħafna persuni li jkunu se jsiefru jieħdu pjaċir juru lill-ħbiebhom fuq is-sit ta’ networking soċjali Facebook, f’liema ajruport ikunu qegħdin. Dan hekk kif jirriżulta li l-ajruporti huma l-aktar postijiet fejn l-individwu jagħmel iċ-check-in fuq Facebook.

Studju juri li l-ajruporti fl-Istati Uniti jiddominaw fil-lista tal-ewwel ħamsin post fejn wieħed juri lill-ħbiebu fejn jinsab permezz ta’ Facebook. Fost ajruporti oħra li jinsabu fil-lista tal-ewwel ħamsin hemm l-ajruport ta’ Frankfurt, Heathrow, Gatwick u anke dak ta’ Charles de Gaulle f’Pariġi.

L-uniċi żewġ postijiet mal-ewwel ħamsin fejn l-aktar in-nies juru li jinsabu permezz tas-sit ta’ networking soċjali huma Disneyland u Times Square.