Charter tad-drittijiet tal-ħaddiema se jitqassam f’kull dar

Charter tad-drittijiet tal-ħaddiema se jitqassam f’kull dar f’Malta u Għawdex sabiex jitkabbar l-għarfien mal-ħaddiema f’pajjiżna dwar id-drittijiet fil-qasam tax-xogħol.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Affarijiet tal-Konsumatur Helena Dalli nediet dan iċ-charter tad-drittijiet tal-ħaddiema u saħqet li b’hekk kull persuna tkun konxja mid-drittijiet u l-obbligi tagħha.
Fost l-oħrajn, iċ-charter jipprovdi informazzjoni dwar il-kuntratt ta’ servizz, iż-żmien ta’ probation, il-paga minima, meta għandu jsir il-ħlas tal-paga u s-sahra, fost oħrajn.
Il-ministru qalet li l-Gvern hu impenjat li jara li kwalunkwe ksur tal-liġi tax-xogħol jew prattiċi ta’ xogħol prekarju jiġu indirizzati.
Kopja taċ-charter li se jkun qed jitqassam f’kull dar f’Malta u f’Għawdex tista’ titniżżel mis-sit tal-Ministeru www.socialdialogue.gov.mt.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott