Charlot Cassar jirriżenja mill-PN

Il-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f’Wied il-Għajn Charlot Cassar għadu kif irriżenja mill-PN.
Fl-imejl tar-riżenja, Cassar qal li m’għadux iħossu parti mill-PN, dan għaliex iħoss li l-leatà primarja tiegħu għandha tkun lejn l-onestà, il-lealtà, it-trasparenza, u l-kontabbilità.
Fl-imejl, Charlot Cassar spjega li l-obbligu primarju tiegħu huwa ggwidat minn dak li fil-fehma tiegħu huwa “sewwa u ġust” ghall-poplu li jservi.      
Cassar qal li qed jirriżenja b’mod immedjat. Żied jgħid li se jibqa’ jservi bħala Kunsillier Lokali indipendenti.