Charlie Hebdo: Wieħed mit-3 suspettati jmur għand il-Pulizija

Il-midja Franċiża qed tgħid li wieħed mit-tliet persuni mfittxija wara l-massakru tal-bieraħ f’Pariġi, jidher li ta lilu nnifsu lill-Pulizija. 
Dan hu Hamyd Mourad, li għandu 18-il sena u li l-bieraħ kien is-sewwieq tal-irġiel li qatlu 12-il persuna, fosthom 5 ġurnalisti tar-rivista Charlie Hebdo.
Iż-żagħżugħ hu l-iżgħar mis-suspettati u l-inqas li jista’ jiġi akkużat bl-ippjanar u t-twettiq tal-attakk. 
It-tnejn l-oħra, jiġifieri l-irġiel li qatlu t-12-il persuna, huma aħwa Franċiżi b’dixxendenza Alġerina: Cherif u Said Kouachi ta’ 32 u 34 sena.
L-iżgħar mill-aħwa, Cherif Kouachi, fl-2008 kien ġie akkużat b’terroriżmu u weħel il-ħabs talli kien jagħmel parti minn grupp li jibgħat ġellieda Iżlamiċi estremisti fl-Iraq. 
L-Erbgħa filgħaxija, il-pulizija ħarġu ritratti tas-suspettati u ħeġġu lil pubbliku biex jgħinhom fit-tfittxija.
Iz-zona l-aktar imfittxija hi dik ta’ Charleville-Mezières, li mhix wisq ’il bogħod minn ħdejn l-uffiċċji ta’ Charlie Hebdo u mill-fruntiera mal-Belġju. 
Intant, m'għadhomx fil-periklu tal-mewt l-erba' persuni li l-bieraħ kienu fil-mira tal-attakki.