Charlie Hebdo: Wieħed mill-pulizija maqtula kien Musulman

Ahmed Merabet, il-pulizija li nqatel kiesaħ u biered mit-terroristi f’Pariġi, kien Musulman.
Il-pulizija li qed jitqies bħala eroj, kellu 42 sena u kien miżżewweġ. Ix-xogħol tiegħu kien li jgħasses iż-żona ta’ Pariġi fejn hemm l-uffiċji tar-rivista Charlie Hebdo.
Filmat xokkanti li dar id-dinja juri lil Ahmed jinqatel fit-triq meta wieħed mit-terroristi sparalu mill-qrib f’rasu. Xhieda qalu li l-pulizija staqsa ‘trid toqtolni?’ qabel ma t-terrorista wieġeb ‘iva, chief’.
Il-pulizija l-ieħor li inqatel f’dan l-attakk kien Franck Brinsolaro ta’ 49 sena li hu missier ta’ żewġt itfal.
Ir-rivista Franċiża Charlie Hebdo wegħdet li se tippublika l-edizzjoni tal-ġimgħa d-dieħla bi sfida għall-massakru li fih inqatlu 12 il-persuna, fosthom 8 ġurnalisti u żewġ mistednin tal-gazzetta.