Charlie Hebdo: Jinqabad l-ikbar kompliċi ta’ Coulibaly

F’Pariġi l-Pulizija arrestat 12-il persuna fosthom il-kompliċi prinċipali ta’ Amedy Coulibaly, li ġimgħa ilu qatel għadd ta’ ostaġġi f’supermarket Lhudi.
Il-kompliċi kien dak li tah l-ikbar għajnuna loġistika, fost l-oħrajn, billi silfu l-karozza biex jasal fuq il-post tal-attakk.
Sadattant fi Franza, is-siti fuq l-internet ta’ mezzi tal-istampa prinċipali –fosthom Le Parisien u anke ta’ stazzjonijiet tar-radju- ma setgħux jintużaw illum għax ġew hacked, aktarx minn membri tal-Istat Iżlamiku.
Franza qatt ma kienet taħt theddid daqs illum, saħaq il-Prim Ministru Manuel Valls, waqt li spjega li ma jidhirx li hemm rabta bejn dak li ġara fil-Belġju lbieraħ u l-attakki fi Franza.