Charlie Hebdo: Eroj se jingħata ċittadinanza Franċiża

Żagħżugħ Musulman, li ġimgħa ilu kien qed jaħdem fis-supermarket Lhudi f’Pariġi waqt li daħlu ż-żewġ terroristi Musulmani, se jingħata ċ-ċittadinanza Franċiża wara li salva 15-il persuna bl-azzjoni tiegħu.
Fl-inċident ta’ nhar il-Ġimgħa nqatlu 4 ostaġġi.
Lassana Bathily rriskja ħajtu meta ġiegħel 15-il persuna jsegwuh fis-supermarket u daħħalhom ġo friża kbira wara li qalgħalha l-plakka u qalilhom jibqgħu kalmi.
B’hekk it-terroristi ma kienux jafu li fis-supermarket kien hemm iktar persuni u dawn ma ttieħdux ostaġġi.
Bathily, mill-Malawi, ilu li applika għaċ-ċittadinanza Franċiża mis-sajf li għadda imma l-applikazzjoni tiegħu kienu għadha pendenti fost ħafna oħra.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż ħabbar li se jkun hu personalment li jagħtih iċ-ċittadinanza l-ġimgħa d-dieħla.