Charles Mangion jinħatar Chairman tal-Air Malta

L-eks Membru Parlamentari Laburista Charles Mangion se jkun qed jieħu post Maria Micallef bħala Chairman tal-Air Malta.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Turiżmu ntqal li l-Gvern ħatar bord ġdid għall-kumpanija tal-Linja Nazzjonali.
Il-Ministru Konrad Mizzi spjega li flimkien ma’ Mangion se jkun hemm Ray Sladden bħala Deputat Chairman.
Żied jgħid li l-membri l-oħra tal-bord se jkunu Joseph Gasan, Katrina Borg Cardona, Jonathan Scerri, Tania Brown, Alex Sciberras, Rita Sammut u Andre Borg bħala Segretarju.
Dr Mizzi rringrazzja lil Maria Micallef tal-ħidma tagħha u rringrazzja wkoll lill-President Emeritu George Abela li qed joffri s-servizzi tiegħu biex jiġu faċilitati d-diskussjonijiet mal-ħaddiema.
Ritratt: DOI: Clifton Fenech