Charles Mangion jieħu l-ġurament illejla

Charles Mangion, li ġie elett bħala deputat tal-Parlament Malti iktar kmieni llum biex jimtela’ l-post battal li tħalla wara r-riżenja ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, se jieħu l-ġurament tiegħu bħala Membru Parlamentari illejla.
Il-Kelliem u Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Carmelo Abela qal dan fil-Parlament illejla, fil-bidu tal-ħin tal-Aġġornament. Mangion għalhekk se jkun jista’ jattendi għall-ewwel seduta parlamentari tiegħu f’din il-leġiżlatura mil-lejla.