Charles Grech jagħlaq il-bibien fil-Belt Valletta

Facebook

Il-Kumpanija Charles Grech f’post fuq Facebook ħabbru li llum kienet l-aħħar ġurnata tal-ħanut tagħhom Charles Grech Cafè fil-Belt Valletta. Huma qalu li din ma kinitx deċiżjoni faċli u l-ħaddiema se jħossu n-nuqqas tal-klijenti regolari tagħhom.

Il-kumpanija rringrazzjat lill-klijenti tagħha u qalet li kien ta’ pjaċir għalihom li jservu lill-klijenti tagħhom għal dawn is-snin kollha. Temmew li se jgħożżu l-memorji kollha u se jkunu ħerqana biex iservu lill-klijenti tagħhom fi ħwienet oħra.

Just a small note with big news to confirm that Charles Grech Café in Valletta has closed its doors today for the last…

Posted by Charles Grech & Company on Monday, August 5, 2019