Charles Azzopardi jitfa’ n-nomina tiegħu għas-siġġu ta’ Scicluna

Facebook / Charles Azzopardi II

Read in English.

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li Charles Azzopardi tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali li se tkun qiegħda ssir il-ġimgħa d-dieħla sabiex jimtela l-post ta’ prof. Edward Scicluna fil-Parlament Malti.

Azzopardi, ex Sindku tar-Rabat, hu wieħed mit-tliet kandidati prospettivi iżda hu ma kienx tħalla jikkontesta l-elezzjonijiet lokali tal-2019 f’isem il-PL, minħabba allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni meta kien Sindku.

Madankollu, il-Partit Laburista ma jistax iwaqqaf lil Azzopardi milli jitfa’ n-nomina tiegħu biex jieħu s-siġġu ta’ Prof. Edward Scicluna u jekk jitla’, jista’ jsib postu mad-deputati parlamentari indipendenti.

Jeffrey Pullicino Orlando u Gavin Gulia huma ż-żewġ kandidati l-oħra li jistgħu jitfgħu n-nomina tagħhom.

L-ex Sindku tar-Rabat, hu l-ewwel persuna li tefa’ n-nomina tiegħu wara li Prof. Edward Scicluna rriżenja minn Ministru għall-Finanzi f’Diċembru tas-sena l-oħra wara li ġie appuntat bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

L-għadd tal-voti ta’ din l-elezzjoni fuq is-7 distrett elettroali se jsir il-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, In-Naxxar, it-Tlieta it-12 ta’ Jannar, 2021, mit-08.30am ‘il quddiem.