Aktar fondi għall-bdiewa Maltin  – Kummissarju UE

Read in English.

Phil Hogan, il-Kummissarju Ewropew għall-Biedja qal lil li l-bidliet li l-UE qed tippjana li tagħmel fil-baġit tagħha għall-agrikultura se jivvantaġġjaw ħafna lill-bdiewa żgħar inklużi l-bdiewa Maltin. Huwa ikkonferma li l-bdiewa Maltin diġa qed jibbenefikaw minn ħafna fondi iżda jistgħu jibbenefikaw aktar jekk jippjanaw aħjar.

Hogan qal lil Newsbook.com.mt li l-istati membri huma mistennija illi jipproponu proġetti li jħaddnu 9 kriterji differenti: tliet kriterji dwar l-ambjent, tliet kriterji soċjali u tlieta ekonomiċi. Il-fondi jingħataw meta dawn il-kriterji jiġu rispettati.

Il-Kummissarju għall-Biedja qal li l-UE għandha l-bdiewa żgħażagħ għall-qalba u trid teħodha kontra t-tendenza illi x-xogħol li ma għandux x’jaqsam mal-biedja jkun ta’ attrazzjoni akbar minn xogħol fil-biedja. Huwa qal li hemm wisq żgħażagħ li qed jitilqu l-biedja u li l-UE trid tgħin biex dan ma jibqax isir. Dan il-kumment jaqbel ma’ dak li qal lil Newsbook.com.mt Joseph Daul, il-president tal-Partit Popolari Ewropew jiġifieri li l-bdiewa żgħażagħ qed jonqsu minħabba nuqqas ta’ vantaġġi ekonomiċi. Il-Politika Agrikola Komuni  tal-UE trid tindirizza din il-problema.