Chameleon ta’ Michela tħalli l-marka tagħha f’21 pajjiż

Il-kanzunetta Chameleon tal-kantanta Michela Pace, li rajniha fil-finali tal-Eurovision Song Contest, jidher li qed tħalli l-marka tagħha f’bosta pajjiżi.

Din il-kanzunetta li kienet fost l-aħħar li tneddew fuq pjattaformi bħal YouTube u Spotify, irnexxielha tmiss ma’ 21 pajjiż u tajjeb li ninnutaw li fl-aħħar ġranet li jwasslu għall-Eurovision, din il-kanzunetta mhux biss  telgħet fil-quċċata tal-klassifika ta’ Spotify f’Malta, iżda kienet ukoll fil-quċċata fl-Awstrija, it-tieni fil-Ġermanja, it-tielet fir-Renju Unit u r-raba’ fl-Olanda.

Ritratt: Facebook

Fil-klassifika tal-Global Viral Charts li tiffoka fuq il-pajjiżi Ewropej, Chameleon laħqet sas-seba’ post.

Dak li qed taraw hawn fuq huwa screen shot li ttieħed u li juri f’liema pożizzjoni laħqet l-aktar il-kanzunetta Chameleon fil-21 pajjiżi li qed nirreferu għalihom.

Fuq il-YouTube, Chameleon ukoll hija waħda mill-kanzunetti favoriti u infatti s’issa kellha aktar minn 11.1 miljun view.

Huwa ovvju li l-Eurovision huwa biss qatra mis-suċċess li għandu jistenna kull kantant.