Chamberlain irid lil Liverpool

Minkejja li Chelsea ftehmu ma’ Arsenal dwar is-somma li għandha titħallas għall-akkwist ta’ Alex Oxlade-Chamberlain, jidher li dan tal-aħħar mhux daqshekk kuntent b’dan it-trasferiment.
Skont l-istazzjon BBC, il-plejer jixtieq jingħaqad ma’ Liverpool hekk kif jixtieq jilgħab f’nofs id-difiża kuntrarju għal dak li kien qed jagħmel ma’ Arsenal fejn qed jilgħab mal-linja leminija.
Chamberlain ma jixtieqx lil Antonio Conte bħala l-kowċ tiegħu hekk kif skont hu mar-Reds ikun jista’ jilgħab fil-pożizzjoni naturali tiegħu.
Madankollu jekk ma jiġix reġistrat ftehim s’għada, Chamberlain ikollu jibqa’ mal-Gunners.