Chairman ġdid għall-Malta Airport Foundation

Read in English.

F’għeluq il-ħames snin mit-twaqqif tagħha, il-Malta Airport Foundation żvelat identità ġdida, li biha ser tkun qed tidħol għall-fażi li jmiss tal-vjaġġ tagħha.

Dan l-eżerċizzju ta’ rebranding, flimkien mal-ħatra ta’ ċermen ġdid, iffurmaw parti importanti minn sena tassew impenjattiva għall-Malta Airport Foundation. L-identità l-ġdida tinkorpora fiha kuluri li jirriflettu diversi aspetti tal-wirt naturali Malti li huwa għal qalb ilFondazzjoni; minn leħħiet ta’ blu li jfakkru fil-baħar Mediterran li jdawwar lill-gżira sa sfumaturi li jfakkru f’pajsaġġi lokali.

Aktar kmieni din is-sena, il-Fondazzjoni fetħet mill-ġdid it-torri tal-għassa Ta’ Xutu; irrestawr ta’ liema kien l-ewwel proġett li l-Malta Airport Foundation daħlet għalih flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa. Matul din is-sena, il-Fondazzjoni għamlet ukoll progress sostanzjali firrigward tar-restawr tal-Combined Operations Room fil-Belt Valletta, li mistennija tinfetaħ għall-pubbliku s-sena d-dieħla, u sponsorjat diversi avvenimenti lokali, bħall-ħames edizzjoni tal-Valletta Film Festival u l-kunċert annwali ta’ Joseph Calleja.

“Fl-2014, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħa pass importanti sabiex ikompli jinvesti filprodott turistiku tal-pajjiż billi waqqaf il-Malta Airport Foundation. Tul dawn il-ħames snin, il-Fondazzjoni lestiet bosta proġetti, u issa li għandha viżjoni mġedda għall-futur tista’ tkompli bil-ħidma tagħha fuq proġetti u opportunitajiet ġodda,” qal Fredrick Mifsud Bonnici, filwaqt li awgura lis-suċċessur tiegħu bħala Chairman tal-Fondazzjoni s-Sur Josef Formosa Gauci, kull suċċess għall-kariga l-ġdida tiegħu.

“Il-kontribuzzjonijiet u t-tmexxija tas-Sur Mifsud Bonnici tul dawn il-ħames snin li għaddew kienu kruċjali sabiex il-Malta Airport Foundation tiżviluppa viżjoni ċara. Hekk kif qed naċċetta din il-kariga l-ġdida, ninsab ħerqan li naħdem mill-qrib mal-bord tal-Fondazzjoni u organizzazzjonijiet oħrajn sabiex flimkien inkomplu nissalvagwardjaw u nippromwovu lidentità tal-gżejjer Maltin u nqajmu għarfien akbar dwar dak kollu li għandu x’joffri pajjiżna,” qal iċ-Chairman il-ġdid tal-Malta Airport Foundation Josef Formosa Gauci.

Sa mit-twaqqif tagħha, il-Fondazzjoni nediet żewġ dokumentarji dwar Filfla u Kemmuna, qiegħda tappoġġja proġett ta’ skavar ta’ vapur mgħarraq ta’ żmien il-Feniċi u proġett ta’ riċerka fuq trittiku ddedikat lill-Madonna tas-Sokkors. Barra minn hekk, il-Fondazzjoni rċentement issieħbet mal-organizzazzjoni nongovernattiva Żibel sabiex jiġu installati żewġ sea bins fil-lokalitajiet ta’ Marsaxlokk u Marsaskala.

Bi tmexxija ġdida u identità mġedda, il-Malta Airport Foundation ser tkun qed tkompli bilmissjoni tagħha li tagħti ħajja ġdida lill-wirt lokali, speċjalment billi titfa’ dawl fuq aspetti minsijin jew moħbijin tal-istorja u l-kultura ta’ Malta.

Aktar informazzjoni dwar il-Malta Airport Foundation hawnhekk.