Chains on Fire – wirja ta’ Anthony Lucian Cauchi

Anthony Lucian Cauchi se jtella’ wirja ta’ xogħolijiet biz-żejt u ċeramika bl-isem ta’ Chains on Fire, fiċ-Ċittadella, ir-Rabat, Għawdex min nhar is-Sibt 5 sal- Ġimgħa 25 ta’ Ottubru mid-9.00 am sal-5.00 pm kulljum, inkluż s-Sibt u l-Ħadd.

Skont Cauchi, il-ktajjen huma hemm biex jikkontrollaw. Il-ktajjen huma ir-restrizzjoni tal-moħħ ta’ l-artist minħabba it-tagħlim ristrett li kellna qabel fis-sistema ta’ l-edukazzjoni artistika.

Fl-iskejjel kien hemm restriizzjoni tal-ħsieb u tagħlim strett. L-artist ridt jaħrab minn dan kollu biex jimraħ b’moħħu fil-beraħ u bl-ideat originali.

Anthony Lucian Cauchi rnexxilu jimraħ il-barra mid-dixxiplina u jiġri wara ideat u sensibilità originali.

Wieħed mill-artisti li rnexxilu jikkonvincieh kien il-Professur Orfei, tal-Akademja Pietro Vannucci, ġo Perugia, l-Italia. Il-professjoni ta’ għalliem u l-qari fl-istorja, psikoloġija, u mitologija taw momentum fl-arti lil Cauchi.