Chadwick Lakes se ssir żona isbaħ

Wied il-Qlejgħa, iktar magħruf bħala iċ-Chadwick Lakes, se jsirulu xogħlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni.

Din iż-żona hija ffrekwentat ħafna minn familji Maltin, speċjalment matul ix-xhur tax-Xitwa u wara ħafna xita.

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat dawn ix-xogħlijiet biex isiru. Ix-xogħlijiet se jinkludu żieda fid-daqs tal-ħażna tad-digi eżistenti, kif ukoll ir-restawr tal-ekoloġija tal-post billi jitneħħew fdalijiet u ħama li akkumulaw matul is-snin. Il-ħitan li jservu għall-appoġġ  se jerġgħu jinbnew b’mod li jirrispetta aħjar l-ambjent. Il-plejgrawnd li nbena fiż-żmien 90 se jitneħħa.

Dan il-proġett ġie approvat wara numru ta’ studji li wrew li peress li ż-żona ma kenitx qed tingħata importanza, wasslet biex tasal fi stat ħażin ħafna.