Chadli jingħaqad ma’ Monaco

Il-midfielder Belġjan Nacer Chadli telaq lil West Bromwich wara li dawn tal-aħħar sfaw relegati fi tmiem l-istaġun li għadda. Il-plejer ta’ 29 sena ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Monaco u l-klabb Franċiż investa madwar £10m sabiex it-trasferiment iseħħ.

Chadli għen lill-Belġju jaslu sas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja fejn tilfu kontra Franza u skurja l-gowl tar-rebħa kontra l-Ġappun fil-fażi tal-aħħar 16. Hu sieħeb lil West Bromwich fl-2016 għas-somma ta’ £13m iżda naqas milli jkun deċisiv minħabba bosta injuries li sofra u skurja biss 6 gowls f’36 logħba għal West Bromwich.